Il-bejgħ ta’ prodotti sikuri fl-UE
Ir-regoli tal-UE jirrikjedu li l-prodotti kollha mibjugħin fl-UE jridu jkunu sikuri, irrispettivament minn fejn ikunu saru. Jekk int manifattur jew negozju - inklużi s-swieq u l-bejjiegħa online kollha - u int involut fil-bejgħ ta’ prodotti fis-suq tal-UE, trid tiżgura li dawn ikunu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar is-sikurezza tal-prodotti en .
Sir af aktar dwar l-obbligi kollha għan-negozju u s-sikurezza tal-prodotti en tiegħek.
Safety Gate: notifikazzjoni ta’ prodotti mhux sikuri
L-awtoritajiet nazzjonali tal-UE għandhom l-obbligu li jikkontrollaw il-prodotti li jkunu għall-bejgħ, biex jivverifikaw li jkunu sikuri. Jekk isibu prodott li jista’, pereżempju, jagħmel ħsara lill-konsumaturi jew jikkawża dannu lill-ambjent, jieħdu passi biex jiżguraw li l-prodott jinħareġ mis-suq jew jipprojbixxu l-kummerċ tiegħu.
Barra minn hekk, il-manifatturi u negozji oħrajn kollha li jkollhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni jew mal-bejgħ ta’ prodott għandhom ukoll l-obbligu li jieħdu passi jekk isibu li xi wieħed mill-prodotti tagħhom ma jkunx sikur. Pereżempju, jistgħu jeqirdu, jirtiraw, u jsejħu lura l-prodotti tagħhom mingħand il-klijenti tagħhom biex jevitaw kwalunkwe inċident.
F’dawn il-każijiet kollha, l-azzjonijiet meħuda jiġu nnotifikati fuq is-Safety Gate en , sistema maħluqa għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-livell tal-UE dwar il-miżuri meħudin fil-konfront ta’ prodotti mhux tal-ikel li jkunu perikolużi. Il-prodotti agrikoli u l-farmaċewtiċi mhumiex inklużi hawnhekk, peress li għandhom is-sistemi ta’ twissija speċifiċi tagħhom.
Jekk inti manifattur, distributur jew rappreżentant awtorizzat u jidhirlek li wieħed mill-prodotti li għandek għall-bejgħ ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-UE, trid tieħu passi mill-aktar fis possibbli sabiex tevita li l-konsumaturi jsofru xi danni u tirrapporta l-miżuri li tkun ħadt lill-awtorità nazzjonali tiegħek permezz tas-Safety Business Gateway en .
Twissija
Importanti li tkun taf li din l-għodda ta’ notifikazzjoni tista’ tużaha biss jekk inti manifattur, distributur, jew rappreżentant awtorizzat.Sejħiet lura ta’ prodotti mhux sikuri
Jekk in-negozju tiegħek isib li wieħed mill-prodotti tiegħek ikun perikoluż u jkun diġà fis-suq, trid tieħu azzjoni billi tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali permezz tas-Safety Business Gateway en u ssejħu lura minnufih.
Sir af aktar dwar is-sejħiet lura u dwar għaliex huma importanti għan-negozju tiegħek en .
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dan il-proċess jew tixtieq tivverifika xi ħaġa, ikkuntattja lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tiegħek en .