Id-drittijiet u r-rappreżentanza tal-impjegati

Bħala impjegatur, huwa importanti li tifhem kwalunkwe obbligu li jiġu stabbiliti strutturi rappreżentattivi tal-persunal u li l-impjegati jiġu infurmati u kkonsultati dwar deċiżjonijiet li jaffettwawhom.

Kun żgur li tittratta lil min ikun qed ifittex xogħol u jkun ġej minn pajjiżi oħrajn tal-UE l-istess bħall-applikanti minn pajjiżek. Trid ukoll toffri l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol lill-membri kollha tal-persunal tiegħek, irrispettivament mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom, u ma tistax tiddiskrimina minħabba l-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon, id-diżabilità, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali.

Trid tipprovdi akkomodazzjoni raġonevoli lill-impjegati b’diżabbiltà. B’hekk, ikunu jistgħu japplikaw, iwettqu u javvanzaw fil-funzjonijiet tax-xogħol, u jagħmlu t-taħriġ. Skont il-liġi tal-UE, id-dritt għal akkomodazzjoni raġonevoli jestendi għall-attivitajiet kollha relatati max-xogħol.

L-aħħar verifika: 15/03/2025
Ikkondividi din il-paġna